Privacy Policy

Il-Privacy Policy tal-LifeNetwork

Din il-privacy policy tispjega kif l-Organizzazzjoni tagħna tuża d-data personali miġbura mingħandek fil-websajt tagħna www.salvani.eu.

Liema data niġbru?

Meta tuża l-formola ta’ kuntatt magħna ta’ din il-websajt, tiffirma xi petizzjoni jew tikkuntattjana bit-telefon, b’email jew bil-posta, aħna nkunu qed inżommu d-data personali li tipprovdilna.

Jekk tuża l-formola ta’ kuntatt magħna ta’ din il-websajt aħna nkunu qed nżommu l-Isem, il-Kunjom, l-Email u l-Messaġġ tiegħek.

Jekk tagħżel li tirreġistra għan-newsletter tagħna aħna nkunu qed nżommu ismek, kunjomok, d-district email address.

Jekk tagħżel li tagħti donazzjoni nistgħu nirċievu ismek, kunjomok, in-numru tal-sms, u l-indirizz tiegħek. Id-data personali li nirċievu tkun tiddependi fuq il-mod tal-ħlas li tagħżel jekk hux PayPal, SMS, ċekk bankarju jew mezzi oħra.

Kif niġbru d-data tiegħek?

Inti tipprovdi direttament lil LifeNetwork bid-data li nżommu. Aħna nżommu data u nipproċessaw data meta inti:

  • Tibgħat email b’mod volontarju.
  • Tibgħat informazzjoni volontarjament permezz tal-formola: Ikkuntattjana.
  • Tiffirma xi petizzjoni.
  • Tibgħat informazzjoni volontarja permezz tal-formola: Signup Newsletter.
  • Tuża jew tara l-websajt tagħna permezz tal-cookies tal-browser tiegħek.
  • Tagħti donazzjoni ta’ flus permezz ta’ PayPal jew mezzi oħra.

Kif se nużaw id-data tiegħek?

LifeNetwork jiġbor id-data tiegħek sabiex inkunu nistgħu:

  • Nipprovdu pariri, akkumpanjament u appoġġ jekk meħtieġ speċifikament u mitlub minn dawk li jagħmlu użu mis-sit tagħna. (Emails, il-Formola Ikkuntattjana)
  • Nibgħatu Newsletters regolari (Formola ta’ Iskrizzjoni ta’ Newsletter)
  • Nipprovu esperjenza aktar faċli għal min jagħmel użu mill-websajt. (Cookies)
  • Noħroġu rċevuta tad-donazzjoni. (paġna tad-donazzjoni)
  • Fil-ġbir tad-data nieħdu l-approċċ minimalista u d-data titħassar wara sentejn mit-terminazzjoni tas-servizz jew meta tinfurmana biex ma nżommux aktar id-data personali tiegħek.

Kif inżommu d-data tiegħek?

L-informazzjoni personali tiegħek hija miżmuma fis-sistemi tagħna li huma bbażati fl-Unjoni Ewropea.

Aħna se nużaw miżuri ta’ sigurtà raġonevolment mistennija u li huma standard fl-industrija biex nipproteġu d-data personali tiegħek waqt li din tkun fil-pussess tagħna jew tal-proċessuri tad-data tagħna.

X’inhuma d-drittijiet tiegħek għall-protezzjoni tad-data?

LifeNetwork Foundation tixtieq tiżgura li inti tkun kompletament konxju/a tad-drittijiet kollha tal-protezzjoni tad-data tiegħek. Kull min jagħmel użu mis-sistema tagħna huwa intitolat għal dan li ġej:

Id-dritt għall-aċċess – Għandek id-dritt li titlob lil Life Network għal kopji tad-data personali tiegħek. Nistgħu nitolbuk ħlas għal dan is-servizz.

Id-dritt għal rettifika – Għandek id-dritt li titlob li Life Network tikkoreġi kwalunkwe informazzjoni li temmen li mhix eżatta. Għandek ukoll id-dritt li titlob lil LifeNetwork biex timla l-informazzjoni li temmen li mhix kompluta.

Id-dritt għat-tħassir – Għandek id-dritt li titlob li Life Network iħassar id-data personali tiegħek, taħt ċerti kundizzjonijiet skont it-termini tal-liġi applikabbli.

Id-dritt li tirrestrinġi l-ipproċessar – Għandek id-dritt li titlob li LifeNetwork jirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, taħt ċerti kundizzjonijiet.

Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar – Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek minn Life Network, taħt ċerti kundizzjonijiet skont il-liġi applikabbli.

Id-dritt għat-trasferiment tad-data – Għandek id-dritt li titlob lil LifeNetwork tittrasferixxi d-data li nġabret minn għandek lil organizzazzjoni oħra, jew direttament lilek, taħt ċerti kundizzjonijiet.

Jekk tagħmel xi talba, għandna massimu ta’ xahar biex inwieġbuk. Jekk tixtieq teżerċita xi wieħed minn dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tuża kwalunkwe waħda mill-għażliet li ġejjin:

Ibgħatilna email fuq: info@lifenetwork.eu

Ċemplilna fuq: 2033 0023

Jew iktbilna: Life Network Foundation, Floor 3, Nru 7, Merchant St, Valletta, VLT 1171

Cookies

Il-cookies huma files ta’ test li jitqiegħdu fuq il-kompjuter tiegħek biex jiġbru informazzjoni standard tal-log tal-Internet u informazzjoni dwar l-imġieba tal-viżitaturi. Meta żżur il-websajts tagħna, nistgħu niġbru informazzjoni mingħandek awtomatikament permezz tal-cookies jew teknoloġija simili.

Għal aktar informazzjoni, żur allaboutcookies.org.

Kif nużaw il-cookies?

Meta żżur il-websajt tagħna www.salvani.eu, nagħmlu użu mill-cookie tracker ta’ Google Analytics biex nidentifikaw l-użu tal-websajt tagħna u ntejbuh, mingħajr ma nagħmlu referenza diretta għall-viżitatur.

Tista’ tħassar il-cookies billi tuża mill-Clear History function tal-browser tiegħek stess. Tista’ tirresetja l-browser tiegħek biex tirrifjuta l-cookies kollha jew biex tindika meta tkun qed tintbagħat cookie. Madankollu, xi karatteristiċi jew servizzi tal-websajt u tal-app jistgħu ma jaħdmux sew mingħajr cookies.

Ħafna mill-web browsers jippermettu ċertu kontroll tal-cookies permezz tas-settings tal-browser. Huwa importanti li wieħed jinnota madankollu li jekk timblokka l-cookies mis-sit jew l-apps tagħna hemm numru ta’ funzjonijiet li jistgħu ma jaħdmux, u jkollok bżonn tirrisettja l-preferenzi tiegħek kull darba li taċċessa s-sit.

Cookies ta’ terzi u r-reklamar tal-midja soċjali u tal-web

Tista’ wkoll tara r-reklamar tagħna onlajn u fuq is-siti tal-midja soċjali jekk aċċettajt minn qabel li tagħmel dan, jew jekk l-użu tiegħek ta’ dawn iċ-channels jurik li l-kampanji tagħna huma rilevanti għalik.

Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li kull nefqa li nagħmlu fir-reklamar online tkun kemm jista’ jkun cost-effective, billi nsegwu kemm ir-reklami individwali jaħdmu tajjeb. Il-cookies jinħarġu minn fornituri ta’ servizzi ta’ partijiet terzi li vvalutajna bħala siguri.

Jekk ma tixtieqx tara dawn ir-reklami, tista’ tagħmel dan billi tibdel is-settings tal-privatezza fuq l-accounts tal-midja soċjali tiegħek inklużi Facebook, Instagram u Twitter.

Nistgħu nibagħtu lista ta’ indirizzi email ‘hashed’ lil pjattaformi tal-midja soċjali online biex noħolqu grupp ta’ persuni b’karatteristiċi simili, għall-iskop ta’ reklamar immirat għall-attivitajiet tagħna ta’ ġbir ta’ fondi jew kampanji. 

Għal reklamar immirat, nistgħu wkoll intellgħu ffiles ‘hashed’ fi pjattaformi tal-midja soċjali biex nużaw bħala lista ta’ esklużjoni għall-kampanji tar-reklami tagħna, dan jgħinna nimmiraw nies ġodda għall-kampanji tagħna, aktar milli nimmiraw nies li diġà impenjaw ruħhom magħna. Dan normalment jagħmel ix-xogħol tagħna aktar cost-effective, u jgħinna nkabbru l-moviment.

 

Il-‘hashing’ jibdel dawn l-indirizzi tal-email f’kodiċi li ma jinqarax għal skopijiet ta’ sigurtà u privatezza waqt it-trasferiment tad-data. Id-data hashed li naqsmu mal-pjattaformi tal-midja soċjali titħassar wara perjodu qasir ta’ żmien u ma tintużax għal xi skop ieħor.

Nistgħu nużaw mezzi ta’ reklamar bil-midja soċjali biex nibnu udjenzi li jaqblu ma’ karatteristiċi partikolari għall-kampanji ta’ reklamar tagħna. Pereżempju, nistgħu nimmiraw nies li wrew interess fil-kawża favur il-ħajja. Dan l-immirar huwa bbażat fuq paġni u/jew postijiet li n-nies kienu impenjaw ruħhom fihom qabel fuq dik il-pjattaforma. Għodod bħal dawn jippermettulna nispiraw nies ġodda biex jimpenjaw ruħhom max-xogħol tagħna.

Policy ta’ privatezza ta’ websajts oħra

Il-websajt www.salvani.eu fiha links għal websajts oħra. Il-politika tal-privatezza tagħna tapplika biss għall-websajt tagħna. Jekk tikklikkja fuq link għal websajt oħra, għandek taqra l-politika tal-privatezza tagħhom.

Kif tikkuntattja l-awtorità xierqa

Jekk tgħix fl-Unjoni Ewropea u għandek tħassib fuq l-użu tagħna tal-informazzjoni tiegħek, tista’ tikkuntattja lill-awtorità lokali tal-protezzjoni tad-data tiegħek.

Lista tal-awtoritajiet attwali Ewropej għall-protezzjoni tad-data tista’ tinstab fuq https://edpb.europa.eu/about-edpb/board/members_en.

Jekk ma toqgħodx fl-Unjoni Ewropea u għandek tħassib dwar l-użu tagħna tal-informazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Kummissjoni tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fuq www.idpc.org.mt.