PRESS RELEASE: WITH WHOM IS THE GOVERNMENT CONSULTING?

18 / 02 / 23 | Press Release

For Immediate Release
18th February 2023

Statement issued by the Coalition Int Tista Ssalvani led by the Life Network Foundation, Doctors for Life and I See Life; and 44 NGOs, Organisations, Groups and Associations together with the Former President of the Republic Marie-Louise Coleiro Preca and Mr Edgar Preca and the Group of 80 Experts.


Verżjoni bil-Malti

Ma’ min qed jikkonsulta l-Gvern?

Il-Koalizzjoni Int Tista’ Ssalvani u l-Grupp ta’ 80 Espert appoġġjati b’mod attiv minn aktar minn 25,000 petizzjonant, qed jiġu njorati.

Skont rapporti fil-midja ta’ kummenti li għamel il-Ministru tas-Saħħa lbieraħ, il-Gvern se jkollu laqgħat dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-abort ma’ “firxa wiesgħa” ta’ stakeholders sal-ġimgħa d-dieħla jew ta’ wara.   

Il-Prim Ministru ġie kkwotat jgħid ukoll li l-Gvern se jiltaqa’ ma’ kulħadd biex jifhem it-tħassib u l-biżgħat ewlenin ippreżentati mill-emenda u jifhem kull tħassib dwar kif jista’ jiġi abbużat.

Il-koalizzjoni Inti Tista’ Ssalvani kitbet lill-Prim Ministru fl-1 ta’ Diċembru 2022 biex titlob “laqgħa urġenti”, iżda il-koalizzjoni għad trid tirċievi tweġiba.

Il-Koalizzjoni u l-Grupp ta’ 80 Espert iħeġġu lill-Gvern biex ġenwinament jikkonsulta filwaqt li jżomm mal-wegħda tiegħu li ma jintroduċix l-abort.   Sal-lum jidher li l-Gvern irid jisma’ biss il-lobby favur l-abort, filwaqt li jinjora kompletament il-Koalizzjoni Int Tista Isalvani u l-Grupp ta’ 80 Espert appoġġjat minn aktar minn 25,000 petizzjonant.

Dr Miriam Sciberras Chairperson tal-Koalizzjoni tgħid “Aħna nifhmu li “kulħadd” ifisser aħna ukoll, u għalhekk nistennew li niġu ukoll ikkonsultati mill-Gvern”. 

Hija ħasra li l-Ministru Fearne għażel li jpinġi t-tħassib ġenwin u razzjonali ta’ tant Maltin bħala ‘hype and frenzy’ sempliċiment għax ma joqogħdux fuq il-kelma tiegħu. Għandu jagħraf li l-proposta attwali għandha periklu inerenti u potenzjali li tiġi abbużata u li sempliċement bidliet kożmetiċi u l-kliem ieħor biex iserraħ l-moħħ min-naħa tiegħu ftit li xejn ibiddlu dan.

Il-Koalizzjoni u l-Grupp ta’ esperti huma impenjati li jippreżentaw proposti li jiżguraw il-protezzjoni tal-ommijiet f’sitwazzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja. Dan filwaqt li jiżguraw li l-ħajja tat-trabi mhux imwielda tkun protetta mir-riskju ta’ terminazzjoni għal kwalunkwe raġuni mhux ġustifikata taħt it-terminu wiesgħa tal-kelma “saħħa”.  Dan ikun sempliċement abort fuq talba.


English Version

With whom is the Government consulting?

The Coalition Int Tista’ Ssalvani and the Group of 80 Experts and supported actively by over 25,000 petitioners, are being ignored.

According to media reports of comments made by the Minister for Health yesterday, Government will be holding meetings on the abortion bill with a “wide array” of stakeholders till next week or the following.   

The PM has also been quoted as saying that Government will meet with everyone to understand the main concerns and fears presented by the amendment and to understand any concerns about how it can be abused.

The Inti Tista’ Ssalvani coalition wrote to the Prime Minister on 1st December 2022 to ask for “an urgent meeting”, but is yet to receive a reply.

The Coalition and the Group of 80 Experts urge the Government to genuinely consult while sticking to its promises not to introduce abortion.   To date it appears that Government is only wanting to listen to the pro-abortion lobby, whilst ignoring completely the Coalition Int Tista’ Ssalvani and the Group of 80 Experts supported by over 25,000 petitioners.

Dr Miriam Sciberras Chairperson of the Coalition states “We understand everyone to mean also us, and we therefore expect an invitation from Government to be consulted”. 

It is unfortunate that Minister Fearne chose to portray the genuine and rational concerns of so many Maltese as ‘hype and frenzy’ simply because they don’t take him blindly at his word and recognize that the current proposal has inherent and potential danger to be abused and that cosmetic changes and reassurances on his part do little to change that.

The Coalition and the Group of experts are committed to present proposals that ensure the protection of mothers in life threatening situations whilst ensuring that the lives of unborn babies are protected from the risk of termination for any unjustified reason covered by the term ‘health’, as this would simply be abortion on demand.

The endorsing NGOs, Organisations, Groups and Associations

Life Network Foundation – chairman@lifenetwork.eu

Doctors for Life – doctorsforlifemalta@gmail.com

I See Life  – iseelife.mt@gmail.com

The Former President Marie-Louise Coleiro Preca & Edgar Preca, the Augustinian Youths, Azzjoni Kattolika, Caritas Malta, Catholic Charismatic Renewal, Catholic Voices Malta, Church Schools Association (CSA), Christian Life Community (CLC) Malta, Dar Merhba Bik, Eucharistic Youth Movement Malta, Fondazzjoni Sebħ, Forum tal-Ghaqdiet u Movimenti Kattolici tal-Lajci, Gozo Aid for the Visually Impaired, Gozo Association for the Deaf, Great Oak Malta Association, Kamra ta’ L-Ispizjara ta’ Malta, Knisja Evangelika Battista, Kummissjoni Gustizzja u Paci, Legion of Mary, Malta Catholic Youth Network, Malta House of Prayer, Malta Unborn Child Platform, Maltese Jesuit Community, MFOPD, Mission Fund, Moviment ta’ Cana, Muscular Dystrophy Group Malta, National Council for Women, National Parents Society of Persons with Disability (NPSPD), New Humanity Movement, Malta (Focolare Movement, Malta), Pietre Vive, Salesians of Don Bosco , Secretariat for Catholic Education, Segretarjat Assistenza Socjali (AKM), Socjeta M.U.S.E.U.M Nisa, Socjeta M.U.S.E.U.M Rġiel, Sovereign Order of Malta, St Jeanne Antide Foundation, The Evangelical Alliance of Malta, Trinity Evangelical Church, Youths for Christ, Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK).

Photos:
https://www.flickr.com/photos/197084833@N04

Contact:
info@lifenetwork.eu

END.

have you signed
the petition to

25790 signatures. Let's get to 35000!